Saturday, December 21, 2024

L-istampa Spanjola tagħti prominenza lill-Ministru Evarist Bartolo f’Madrid

Aqra wkoll

L-istazzjonijiet televiżivi u l-istampa Spanjola taw prominenza l-laqgħa li l-Ministru Evarist Bartolo kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Spanjol Albares f’Madrid. Dawn ikkwotaw lill-Ministru Spanjol Albares jifrah lil Malta għar-rwol tagħha biex titjieb is-sigurtà fil-Mediterran fil-politika Mediterranja tal-UE  maħsuba biex iżżid il-kooperazzjoni bejn l-istati membri tal-UE u l-ħames pajjiżi tal-Magreb permezz ta’ djalogu politiku u kooperazzjoni ekonomika bejn iż-żewġ naħat.

L-istampa Spanola irrapurtat li iż-żewġ ministri indirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin fuq l-aġenda Ewropea, u b’mod partikolari l-preparazzjoni u l-koordinazzjoni tal-Presidenza Spanjola fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropa fit-tieni nofs tas-sena 2023. Intqal li ż-żewġ Ministri wegħdu li jkomplu jesploraw kwistjonijiet ta’ interess komuni, bħall-politika tal-imigrazzjoni u l-Viċinat tan-Nofsinhar.

Mil-lat ekonomiku, iż-żewġ ministri qablu li jieħdu vantaġġ mill-opportunità tal-fondi Ewropej ta’ rkupru biex jiżdiedu l-kummerċ u n-negozju. Il-Ministru Albarez saħaq li l-Pjan ta’ Rkupru għal Spanja se jgħin biex jippromwovi d-diġitizzazzjoni, l-ekonomija ekoloġika, l-iżvilupp ta’ infrastrutturi jew l-industrija agroalimentari, setturi li jiftħu opportunitajiet għal kumpaniji Spanjoli f’Malta.

Iż-żewġ ministri bidlu opinjonijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali attwali, fosthom is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, l-Afrika ta ‘Fuq u l-Amerka Latina.

L-istampa Spanjola irraportat ukoll il-laqgħa li kellu l-Ministru Bartolo mal-Ambaxxaturi Ibero-Amerikani akkreditati fi Spanja. Ġie innotat li l-Ministru Bartolo enfasizza wkoll l-interess dejjem jikber ta’ Malta fil-kontinent tal-Amerika Latina. Saħaq dwar ir-“rabta importanti ta’ Malta ma’ Spanja biex bħala pjattaforma biex inwessgħu u napprofondixxu ir-relazzjonijiet tagħna mal-Ibero-Amerika”.

Malta dalwaqt tiftaħ l-ewwel Ambaxxata tagħha fin-Nofsinhar Amerika, speċifikament fil-Brażil.

Ekonomija

Sport