Thursday, December 26, 2024

L-istat ta’ Victoria fl-Awstralja se jirrilassa r-restrizzjonijiet wara tnaqqis fl-infezzjonijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Victoria, li huwa t-tieni l-iktar stat popolat u l-epiċentru tal-pandemija Covid-19 ġewwa l-Awstralja, se jkun qiegħed jnaqqas ir-restrizzjonijiet f’dik li hija distanza soċjali wara tnaqqis sostanzjali fil-każijiet.

Għal dawn l-aħħar jiem in-numru ta’ każijiet niżel għal inqas minn 20 każ fil-ġurnata. Minħabba n-numru kbir ta’ każijiet li kien qiegħed ikun hemm, l-awtoritajiet kienu poġġew lir-residenti ta’ Melbourne taħt restrizzjonijiet stretti ħafna. Dawn kienu daħlu fis-seħħ f’Awwissu li għadda. Dakinhar kien qiegħed ikun hemm numru kbir ta’ każijiet, tant li ġurnata minnhom kien hemm iktar minn 700 każ. Iżda issa li l-każijiet naqsu sostanzjalment, l-awtoritajiet qalu li numru ta’ restrizzjonijet – fosthom il-curfew ta’ bil-lejl – se jkunu qegħdin jitneħħew kważi immedjatament.
Fil-ġimgħat li għaddew, l-awtoritajiet tal-pajjiż kienu qalu li r-restrizzjonijiet f’Victoria se jibqgħu fis-seħħ sa Novembru li ġej, iżda ġara li l-miżuri ħallew effett iktar minn mistenni u għalhekk issa jistgħu jibdew jiġu rilassati bil-mod il-mod.

Ekonomija

Sport