Thursday, December 26, 2024

L-Istati Uniti bl-aħħar għajnuna militari lill-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-White House approvat parti oħra ta’ għajnuna militari li l-Istati Uniti se tagħti lill-Ukrajna. Din l-għajnuna tlaħħaq għal madwar 250 miljun dollaru Amerikan. L-aħħar pakkett jinkludi għajnuna fid-difiża tal-ajru u fl-armamenti, partikolarment dawk żgħar. 

Uffiċjali tal-Istati Uniti rrimarkaw li dan huwa l-aħħar pakkett ta’ għajnuna militari, billi s’issa għad ma hemmx approvazzjoni mill-Kungress u li t-taħdititet bejniethom waqfu. 

L-Ukrajna wissiet li l-isforz tal-gwerra u l-finanzi pubbliċi tagħha huma f’riskju jekk ma tingħatax aktar għajnuna tal-Punent. Minbarra il-waqfien tal-kontro-offensiva fl-Lvant tal-pajjiż, uffiċjali Ukreni qed jiffaċċjaw tnaqqis fl-għajnuna mill-alleati f’Washington u fl-Ewropa.

L-isforz tal-gwerra tal-Ukrajna għandu appoġġ wiesa’ fil-Kungress tal-Istati Uniti. Minkejja dan, midja internazzjonali irrapurtat li l-ftehim dwar aktar armi twaqqaf mir-Repubblikani li qed jinsistu fuq miżuri ta’ sigurtà aktar ħorox fuq il-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

Is-Segretarju tal-Istat, Antony Blinken, qal li l-pakkett ta’ għajnuna li huwa imperabbli biex il-Kungress jaġixxi malajr kemm jista’, biex javvanza l-interessi tas-sigurtà nazzjonali billi jgħin lill-Ukrajna tiddefendi ruħha u tiżgura l-futur tagħha. Huwa żied jgħid “L-assistenza tagħna kienet kritika biex nappoġġaw lill-imsieħba Ukreni, hekk kif qed jiddefendu pajjiżhom u l-libertà tagħhom kontra l-aggressjoni tar-Russja”.

Bħalissa l-Ukrajna qiegħda tiffaċċja defiċit ta’ $43 biljun, b’uffiċjali Ukreni jgħidu li se jdewwmu s-salarji u l-pensjonijiet għall-impje- gati tal-Gvern jekk ma ta- salx aktar għajnuna mill-Punent. 

F’intervista mal-Financial Times, il-Viċi Prim Ministru tal-Ukrajna, Yulia Svyrydenko qalet li l-appoġġ tal-alleati hija kruċjali u enfasizzat li din għandha tiġi ttrattata b’mod urġenti. 

Ekonomija

Sport