Wednesday, December 25, 2024

L-Istati Uniti taqbeż iċ-ċifra ta’ miljun mewt relatata mal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-White House żvelat li l-Istati Uniti tal-Amerika qabżet iċ-ċifra ta’ miljun mewt relatata mal-Covid-19. Fid-dawl ta’ dan, il-President Joe Biden qal li l-pajjiż laħaq “ċifra traġika” filwaqt li tenna li kull mewt hija “telfa insostitwibbli”. 

Din hija l-iktar ċifra uffiċjali għolja ta’ mwiet rrapportata f’pajjiż wieħed, iżda l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li hija temmen li hemm pajjiżi oħrajn li fil-verità kellhom dawn in-numri ta’ mwiet. S’issa tul il-pandemija l-Istati Uniti rrapportat xejn inqas minn 80 miljun każ ta’ Covid-19 minn popolazzjoni ta’ 330 miljun. L-ewwel każ ikkonfermat kien fl-20 ta’ Jannar tal-2020, u dan kien ta’ raġel li kien irritorna lejn daru f’Seattle wara vjaġġ minn Wuhan fiċ-Ċina. 

F’dawn l-aħħar sentejn, kien hemm perjodi fejn iċ-ċifri ta’ mwiet żdidu sostanzjalment, ewlenin fosthom kienu l-ewwel jiem tal-2021 meta dakinhar kien qiegħed ikun hemm iktar minn 4,000 mewt kuljum. F’waqtiet oħrajn ir-ra­ta ta’ mwiet kienet baxxa. 

L-esperti tas-saħħa pubblika taw numru ta’ teoriji għaliex fl-Istati Uniti kien hemm rata daqshekk għolja ta’ mwiet – fost dawn hemm ir-rata kbira ta’ obeżità u pressjoni għolja tad-demm, sistema ta’ sptarijiet mgħobbija iktar milli suppost, informazzjoni qarrieqa dwar it-tilqim u anke minħabba li l-Istati Uniti għandha numru kbir ta’ persuni anzjani.  

Ekonomija

Sport