Wednesday, April 24, 2024

Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision

Aqra wkoll

Minkejja wirja impekkabbli li tat fuq il-palk tal-Pala Olimpico ta’ Turin, il-kantanta Maltija Emma Muscat ma rnexxilhiex tagħmilha għall-finali tal-Eurovision Song Contest, li se jsir nhar is-Sibt li ġej. 

Emma kantat id-diska “I Am What I Am” fis-sitt post tat-tieni semi finali li saret illejla u li matulha ħadu sehem 18-il pajjiż.

Sadanittant, fl-ewwel semi finali li saret nhar it-Tlieta, għaddew il-Litwanja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, l-Olanda, il-Moldova, il-Portugall, l-Iżlanda, il-Greċja, in-Norveġja u l-Armenja. 

Ma’ dawn l-20 pajjiż se jingħaqdu ħames pajjiżi oħra magħrufa bħala l-“Big 5” li huma l-Italja, Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u Spanja.

Sport