Friday, December 13, 2024

L-Istati Uniti tirrikkonoxxi li l-armata tal-Myanmar wettqet ġenoċidju kontra l-minorità Rohingya

Aqra wkoll

L-amministrazzjoni ta’ Joe Biden formalment iddikjarat li l-vjolenza mwettqa fil-konfront tal-minorità Rohingya mill-militar tal-Myanmar kienet att ta’ ġenoċidju u delitt kontra l-umanità. Dan huwa rikonoxximent importanti hekk kif issa mistennija li jiżdiedu l-isforzi biex il-ġunta militari, li qiegħda tmexxi l-Myanmar, tinżamm responsabbli għall-atti vjolenti li seħħew. 

Is-Segretarju tal-Istat Am­erikan Antony Blinken ħabbar din id-deċiżjoni lbieraħ fil-U.S. Holocaust Memorial Museum ġewwa Washington, fejn fil-preżent għaddejja wkoll esebizzjoni dwar dak li għaddew minnu l-minorità Rohingya fil-Myanmar.Id-dikjarazzjoni ta’ Blinken saret 14-il xahar wara li hu ħa l-kariga fejn dakinhar kien wiegħed li se tkun qiegħda ssir eżaminazzjoni mill-ġdid ta’ dak li seħħ ġewwa l-Myanmar. 

Fl-2017 il-forzi militari tal-Myanmar kienu wettqu operazzjoni militari, u dan wassal biex xejn inqas minn 730,000 persuna – fil-maġġoranza Musulmani Rohingya – jitilqu minn djarhom  u jsibu refuġju ġewwa l-Bangladesh. Dawn ir-refuġjati kienu rrakkontaw l-esperjenzi koroh li raw iseħħu quddiemhom fost qtil tal-massa u stupri. Fl-2021, il-militar tal-Myanmar kien ħa l-kontroll tal-pajjiż permezz ta’ kolp ta’ stat.  

Ekonomija

Sport