Saturday, November 23, 2024

L-istatwa ta’ Kristu Redentur f’Rio tinxtegħel ħadra u safra b’rispett lejn Pelé

Aqra wkoll

L-istatwa ta’ Kristu Redentur, f’Rio de Janeiro ġiet imdawla bil-kuluri aħdar u isfar bil-pajjiż tal-Brażil jinsab f’luttu nazzjonali ta’ tlett ijiem wara l-mewt tal-leġġendarju Pelé.  

Pelé – meqjus bħala l-aqwa player ta’ kull żmien – miet fl-età ta’ 82 sena nhar il-Ħamis filgħaxija wara li ġġieled kontra l-marda tal-kanċer għal numru ta’ snin.

L-ikona Brażiljana rebaħ tliet darbiet it-Tazza tad-Dinja -fl-1958, fl-1962 u fl-1970 – l-uniku player li għamel dan. Fil-karriera tiegħu huwa lagħab 1,363 partita u skorja 1,279 goals.  

Huwa qatta’ l-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu mal-club Brażiljan, Santos, li f’dak il-perjodu kien wieħed mill-aqwa timiijet fid-dinja. 

Huwa għenhom jirbħu sitt darbiet il-kampjonat Brażiljan u darbtejn il-Copa Libertadores.

Sport