Saturday, November 23, 2024

L-istatwa tal-fundatur tal-Iscouts mistennija titneħħa minn Poole Quay biex ma tispiċċax fil-mira tal-attakki

Aqra wkoll

L-istatwa tal-bniedem li waqqaf il-moviment tal-Iscouts, Robert Baden-Powell se titneħħa minn Poole Quay u se titpoġġa f’post sigur hekk kif hemm il-biża’ li din tista’ tispiċċa fil-mira tal-attakki. 

Wara li l-istatwa tas-seklu 17 ta’ Edward Colston ġiet maqluba fi Bristol, waqt dimostrazzjoni ta’ Black Lives Matter, kibret il-pressjoni fuq l-awtoritajiet Ingliżi biex ineħħu kwalunkwe monumenti li jistgħu jispiċċaw attakkati. 

L-istatwa ta’ Baden-Powell kienet ġiet installata fl-2008 u tħares lejn il-gżira ta’ Brownsea, fejn il-moviment kien mibdi minn l-istess Baden-Powell fl-1907. 

Jidher li l-istatwa qiegħda titneħħa minħabba l-azzjonijiet ta’ Baden Powell fil-militar u minħabba li kien jissimpatizza man-Nażi. 

Min-naħa tagħhom, l-Iscouts ma ħadux din l-aħbar bl-aħjar mod hekk kif kelliem qal li madwar id-dinja hemm mal-54 miljun scout li joperaw fi kważi kull pajjiż tad-dinja u jippromwovu t-tolleranza u s-solidarjetà globali. 

Madankollu, fl-2010 kienu ġew deklassifikati xi fajls tal-MI5 li żvelaw li Baden-Powell kien ġie mistieden minn Adolf Hitler biex ikun hemm rabtiet aktar fil-qrib mal-moviment taż-żgħażagħ ta’ Hitler. Meta mbagħad miet fl-1941, saru kampanji kontrih fejn ġie akkużat li hu razzist u omofobiku, peress li kien attakka l-masturbazzjoni u l-omosesswalità, filwaqt li kien jappoġġa lil Hitler.  

Sport