Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield waqt li kien qiegħed jindirizza l-Konferenza qal li ilu jimmilita 35 sena fil-partit u tul dan iż-żmien dejjem ra partit sod u partit elevanti.
Semma kif bħalissa għaddej perjodu fejn persuni qegħdin jipprovaw idawru arja negattiva dwar id-deputati tal-Gvern. Appella lil kulħadd biex ma jaqax f’din in-nassa ta’ negattività għax dak li qegħdin jagħmlu mhux biex jaraw Partit Laburista aħjar.
Tkellem ukoll dwar episodji li seħħew taħt it-tmexxija tal-Partit Nazzjonaista meta kienu fil-Gvern fost l-oħra fejn minħabba l-korruzzjoni l-Enemalta spiċċat falluta. Sostna li dawk in-nies li fallew lil Malta llum għadhom qegħdin imexxu lill-Partit Nazzjonalista.
Bedingfield qal li l-Partit Laburista fil-Gvern wettaq bidliet kbar fejn fost l-oħrajn għen lil aktar persuni vunerabbli fis-soċjetà fosthom meta sena wara oħra kien hemm żieda fil-pensjonijiet u anke investiment bla preċident fl-edukazzjoni fost oħrajn.