Friday, December 13, 2024

L-istorja tad-dritt tal-vot

Aqra wkoll

L-aħħar ġimgħat, kif mistenni, kienu ddominati mill-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu. Wieħed mill-fatti li spikkaw u li qanqal diskussjoni kien il-persentġġ ta’ nies li ħarġu jivvotaw. Fl-elezzjoni tax-xahar li għadda vvotaw 85.5% ta’ dawk eleġibbli, persentaggġġ li bil-kejl tal-elezzjonijiet ġenerali tal-aħħar snin, kien meqjus bħala wieħed baxx.

Filwaqt li l-impressjoni ta’ hħafna hija li l-Maltin minn dejjem kienu joħorġu bi ħġarhom biex jivvotaw, il-fatti juru li l-istampa hija xi ftit differenti. Kien biss fl-aħħar 50 sena, mill-elezzjoni gġenerali tal-1971 sal-elezzjoni tal-2017, li dejjem ħargġu jivvotaw iktar minn 90% ta’ dawk elġibbli. L-iktar elezzjoni li fiha ħarġu jivvotaw nies kienet dik tal-2003. Bejn l-ewwel elezzjoni ġenerali, dik tal-1921 u l-elezzjoni gġenerali tal-1966, il-persentaġġ tal-Maltin li ħarġu jivvotaw kien dejjem inqas minn 90%. Kien hemm numru ta’ okkażjonijiet fejn mal-kwart ta’ dawk eleġibbli ghħall-vot ma ħarġux jivvotaw.

1849

L-istorja ta’ kull demokrazija parlamentari hija marbuta b’mod dirett mal-istorja tad-dritt tal-vot. Il-Maltin kienu diġa eżerċitaw xi forma ta’ dritt tal-vot fi żmien il-qawmien kontra l-Franċiżi meta kienu eleġġew ir-rappreżentanti taghħhom mill-irħula, ghħall-Kungress Nazzjonali. Iżda d-dritt tal-vot kif nafuh illum ingħata għall-ewwel darba fl-1849 fi żmien li Malta kienet kolonja Ingliża. Madankollu l-Ingliżi ma kienu se jagħmlu xejn li seta’ jipperikola l-pożizzjoni tagħhom f’Malta fortizza. Għalhekk għal kwazżi 100 sena sħahħ id-dritt tal-vot kien mogħti biss lil numru ristrett ta’ irġiel. 

Fl-1849 id-dritt tal-vot ingħata lill-irġiel ta’ iktar minn 21 sena, li kienu jikkwalifikaw bħala ġurati, li kienu jafu jiktbu u jaqraw bl-Ingliż jew bit-Taljan u li kienu jhħallsu kera ta’ €1,200 f’termini tal-lum jew li kellhom proprjetà tal-istess valur. B’dawn il-kundizzjonijiet mat-3,800 raġel jew inqas minn 3% tal-Maltin kollha kisbu d-dritt tal-vot biex jeleġġu numru ta’ membri f’dak li kien jissejjaħ bħala Kunsill tal-Gvern, li ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dak li llum nafuh bħala l-Parlament. 

Tibdil

Mingħajr dubju dan ma kienx elettorat rappreżentattiv kif ma kienux ikunu rappreżentattivi tas-soċjetà l-persuni eletti fil-Kunsill tal-Gvern. L-ewwel elezzjoni f’Malta saret f’Awwissu tal-1849. Fl-1883, meta bdiet tirranka l-kwistjoni tal-lingwa u l-Anti-Riformisti li kienu favur dawk li għalihom kienu l-kultura u l-identià Taljana ta’ Malta, bdew jiksbu ċerta saħħa, sar tibdil fil-kriterji marbuta mal-għoti tad-dritt tal-vot. U dan bil-ħsieb li fil-Kunsill tal-Gvern ma jibqgħux ikunu eletti biss rappreżentanti minnċerti klassijiet soċjali.

Tneħħa l-bżonn li l-eletturi jkunu jafu jiktbu u jaqraw waqt li tnaqqsu r-rekwiżiti finanzjarji. Issa iġiel li kienu jħallsu kera l-ekwivalenti ta’ €870 fis-sena, saru eletturi. Erba’ snin wara, fl-1887, irġiel li n-nisa tagħhom kienu jħallsu din il-kera, bdew huma wkoll jikkwalifikaw ħad-dritt tal-vot. B’dan il-mod l-elettorat kiber għal 10,600. Nofshom kienu illiterati. 

1921

Bl-għoti tal-Kostituzzjoni tal-1921 li permezz tagħha twaqqaf l-ewwel Parlament kif nafuh illum, id-dritt tal-vot reġa’ inghata biss lill-irġiel ta’ iktar minn 21 sena li riedu jkunu jafu jiktbu jew jaqraw u li kellhom dħul jew ħlas ta’ kera fis-sena l-ekwivalenti ta’ €300. B’dawn il-kundizzjonijiet ftit inqas minn nofs l-irġiel Maltin kisbu d-dritt tal-vot. Fl-istess ħin, riżultat tal-prinċipju tal-plural voting, kien hemm iġiel li kellhom dritt għal iktar minn vot wieħed skont kemm kellhom proprjetà f’kull distrett elettorali. Fl-1929 imbagħad kienet emendata l-liġi biex min ma kienx joħroġ jivvota kien jigġi mġiegħel iħallas multa. Sal-bidu tas-snin tletin, primarjament riżultat tal-fatt li l-kirjiet għolew, mat-80% tal-irġiel kellhom dritt għall-vot.  

F’dawn is-snin kien hemm ftit ilhna, fosthom Mabel Strickland u l-gazzetti tal-Partit Laburista, li kienu jitkellmu dwar il-ħtieġa tal-għoti tad-dritt tal-vot lin-nisa iżda l-klassi politika ta’ qabel il-gwerra qatt ma poġġiet din il-kwistjoni fuq l-aġenda jew għaliex kienu kontra jew għaliex anki jekk kellhom xi ftit tas-simpatija, kienu konxji tal-kundanni li setgħu jħabbtu wiċċhom magħhom l-iktar minn naħa tal-Knisja.

Vot lin-nisa

Kien biss wara t-tieni gwerra dinjija li fl-Assemblea Nazzjonali li kienet qed tfassal Kostituzzjoni ġdida għal Malta, wara ħidma flimkien bejn il-Partit Laburista, il-General Workers Union u l-Women of Malta Association, kien hemm qbil li d-dritt tal-vot jiġi estiż għan-nisa. Il-Partit Nazzjonalista u l-Knisja kienu kontra. 

Għall-bidu t-talba tal-Partit Laburista kienet li l-vot jingħata lill-irġiel u lin-nisa kollha ta’ 18-il sena jew iktar. Iżda wara nuqqas ta’ qbil intlaħaq kompromess biex fl-elezzjoni ġenerali tal-1947, kważi mitt sena wara l-għoti tad-dritt tal-vot, għall-ewwel darba ivvotaw l-irġiel u n-nisa kollha ta’ 21 sena jew iktar, mingħajr ebda restrizzjonijiet oħra.

Meta f’Diċembru tal-1974, il-Parlament ivvota b’mod kważi unanimu biex Malta ssir Repubblika, il-Kostituzzjoni l-ġdida fost ohħrajn tat id-dritt tal-vot lill-irġiel u lin-nisa kollha ta’ 18-il sena jew iktar. Fl-2018 imbagħad, Malta saret it-tieni pajjiż tal-Unjoni Ewropea li niżżel l-età tal-votazzjoni fl-elezzjoniet kollha minn 18 għal 16 – il sena. Fuq medda ta’ kważi 170 sena, in-numru ta’ votanti f’Malta żdiedu minn 3,800 għal 355,000.

28 elezzjoni

Fl-aħħar 100 sena saru 28 elezzjoni, 23 biex jġi elett Parlament kif nafuh illum, 2 biex jiġi elett Kunsill tal-Gvern u 3 biex jigġi elett is-Senat. Qabel it-tieni gwerra dinjija saru 8 elezzjonijiet. Bejn tmiem il-gwerra u l-għoti tal-indipendenza, saru 7 elezzjonijiet. Minn wara l-indipendenza ‘l hawn saru 13-il elezzjoni oħra. L-iktar xhur li fihom saru elezzjonijiet huma Marzu u Ġunju, fejn saru erba’ b’kollox f’kull wieħed. Fi Frar, Settembru u Ottubru imbagħad saru tlett elezzjonijiet f’kull xahar. L-uniku xahar li fih qatt ma saret elezzjoni huwa Jannar.

14-il elezzjoni kienu mifruxa fuq tlett ijiem. 4 elezzjonijiet oħra saru fuq jumejn. Kien biss fl-elezzjoni tal-1981 li l-Maltin bdew jivvotaw f’ġurnata waħda biss, li dejjem kienet is-Sibt. L-unika jum li fih il-Maltin qatt ma vvotaw f’xi elezzjoni fl-aħħar mitt sena huwa l-Ħamis. 

Ix-xena politika lokali fl-aħħar 50 sena kienet iddominata minn żewġ partiti politiċi kbar – il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Madankollu fit-28 elezzjoni li saru fl-aħħar 100 sena kienu b’kollox mill-inqas 25-il partiti li xi darba jew oħra kkontestaw, bi 13 minnhom jeleġġu deputati fil-parlament. 

Permezz tad-dritt tal-vot fl-aħħar mitt sena l-Maltin u l-Għawdxin għażlu lir-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament li imbagħad kien protagonist ewlieni biex ħaddew numru kbir ta’ liġijiet li permezz tagħhom inbniet ekonomija moderna, inhħolqu eluf ta’ impjiegi, twaqqaf qafas ta’ ħarsien soċjali u ingħataw drittijiet ċivili ġodda fost oħrajn. 

Kitba u riċerka Mark Farrugia

Ekonomija

Sport