Monday, May 13, 2024

“Il-forzi Ukreni se jibqgħu jiġġieldu sal-aħħar f’Mariupol”

Aqra wkoll

F’intervista ma’ ABC, il-Prim Ministru Ukren Denys Shmyhal qal li l-qawwiet Ukreni li fadal f’Mariupol se jibqgħu jikkumbattu sal-aħħar. Shmyhal saħaq li dawn huma determinati li jibqgħu jisfidaw lir-Russi li offrewlhom li jħalluhom jgħixu jekk iċedu.

“Il-belt għadha ma waqgħetx f’idejhom u se nibqgħu niġġieldu”, kompla Shmyhal. 

B’reazzjoni għall-offerta tar-Russja, uffiċjali oħra Ukreni komplew itennu l-istess messaġġ tal-Prim Ministru Ukren. Il-Membru Parlamentari Oleksiy Goncharenko qal li f’kuntatt li għamel mas-suldati li għadhom jiddefendu l-belt qalulu li jinsabu determinati li jibqgħu jiddefendu sal-aħħar.

Sport