Friday, March 13, 2026

L-istorja traġika ta’ Holly Wells u Jessica Chapman

Aqra wkoll

Holly u Jessica, li t-tnejn kellhom 10 snin, kienu żewġ ħbieb tal-qalb minn belt żgħira fl-Ingilterra msejħa Soham. Żewġt titfal deskritti mill-għalliema tagħhom bħala obbidjenti, u kwieti.

Nhar il-Ħadd, 4 ta’ Awwissu tal-2002, Jessica irritornat minn vaganza ta’ ġimagħtejn meta għall-ħabta ta’ nofsinhar,  telqet mid-dar tagħha biex tmur għand Holly għal barbeque.

Ftit wara 6.15pm, Holly u Jessica telqu mid-dar minajr ma qalu xejn lill-ħadd. Meta telqu, huma kienu liebsin flokkijiet tal-futbol ta’ Manchester United, b’isem ta’ David Beckham fuq wara tal-flokkijiet.

Filmati ta’ CCTV jikkonferma li huma kienu mixjin lejn ħanut tal-ħelu għall-ħabta tas-6.30 p.m. Wara, imxew lejn Soham Village College. Ir-rotta li ħadu ma kellhiex tieħu ħafna ħin, iżda Holly u Jessica qatt ma waslu lura id-dar.

Huma u mixjin fit-toroq, it-tfajliet raw lill-kustodju tal-iskola tagħhom, Ian Huntley, li dak iż-żmien kellu 28 sena. Huntley staqsa lit-tfajliet biex imorru miegħu fid-dar tiegħu, u t-tfajliet obdew.

Il-familjari ta’ Holly indunaw li żewġt itfal ma kienux id-dar għal ħabta tat-8.00pm u meta bdew iffiċċuhom fit-toroq tal-viċin u ma sabuhomx rappurtawhom nieqsa ftit qabel l-10.00 p.m.

It-tfittxija kienet waħda mill-akbar tfittxijiet għal persuni nieqsa fl-istorja tar-Renju Unit, li involviet mijiet ta’ uffiċjali tal-pulizija, ħelikopters, sewwieqa, eluf ta’ voluntiera u kopertura tal-midja madwar il-pajjiż kollu.

Għalkemm id-dettalji tal-għibien ma ġewx publikati, huwa maħsub li meta kienu f’daru, Huntley qatel liż-żewġt ibniet ġarrhom bil-karozza lejn foss remot ħdejn bażi tar-Royal Air Force fejn iddispona mill-katavri tagħhom.

Ġimagħtejn wara li sparixxew, fis-17 ta’ Awwissu 2002, il-katavri ta’ Holly u Jessica nstabu ħdejn il-bażi tal-RAF Lakenheath.

Waħda mill-figuri ewlenin li kellha x’taqsam mal-każ kienet l-eks tfajla ta’ Huntley, Maxine Carr, li pprovdiet lil Huntley b’alibi falz billi qalet lill-pulizija li huwa kien magħha fil-ħin tal-qtil.

Fl-2003, Huntley ingħata sentenza ta’ għomru l-ħabs. Maxine Carr ingħatat sentenza ta’ 3 snin u nofs. fl-2004 hi nħelset mill-ħabs u ngħatat ukoll identità ġdida taħt il-protezzjoni tax-xhieda.

Qabel il-qtil, Huntley kien diġà qed jiġi rrappurtat u akkużat b’atti li jinkludu abbuż sesswali, stupru u serq minn djar. Madankollu, minkejja dan, għadda minn verifiki tal-kondotta u seta’ jaħdem fl-iskola tal-bniet.

Dan id-delitt f’Soham kien ixxokkja lid-dinja kollha tant li ġiegħel lir-Renju Unit jieħu azzjonijiet li wasslu għal bidliet kbar fil-protezzjoni tat-tfal.

Il-ġimgħa li għaddiet, Huntley ġie attakkat minn priġunier ieħor, Anthony Russell, waqt workshop fil-ħabs. Huntley miet aktar tard fl-isptar kaġun tal-ġrieħi li ġarrab.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport