Wednesday, December 25, 2024

“L-istqarrija tal-FATF turija li pajjiżna ġurisdizzjoni serja” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-aħbar li l-FATF qalet li Malta kkonkludiet b’mod sostanzjali l-pjan ta’ azzjoni, il-Prim Ministru qal li minkejja din l-aħbar “inkoraġġanti, il-kawtela se tibqa’ l-prassi.”

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha fi ħdan i-settur pubbliku li tul dawn l-aħħar xhur ħadmu qatigħ biex ikollna stqarrija bħal din mill-FATF wara li pajjiżna spiċċa fil-lista l-griża.

B’messaġġ lejn l-investituri barranin, il-Prim Ministru qal li “aħna ġurisdizzjoni serja u se nkompli naħdmu u nagħmlu r-riformi.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal fl-aħħar xhur “ħdimna fis-skiet biex nissodisfaw il-kriterji li l-FATF kienu qed jitolbu minna.” Huwa saħaq li l-istqarrija tal-bieraħ inħarġet b’mod unanimu, li tfisser li pajjiżna verament mexa fit-triq tar-riformi.

Il-pass finali li jmiss issa huwa l-assessuri tal-FATF jżuru lil pajjiżna biex tittieħed id-deċiżjoni finali. Il-Prim Ministru ħabbar li din iż-żjara mistennija li ssir sal-ewwel nofs ta’ din is-sena.

Il-Prim Ministru qal li l-istqarrija bħal tal-bieraħ u finalment meta jkollna ir-riżultat finali se jkun ifisser aktar investiment dirett barrani f’pajjiżna.

Aktar qabel:

SEGWI LIVE – Konferenza tal-aħbarijiet mill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Finanzi

Segwi live konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana.

Ekonomija

Sport