Friday, December 13, 2024

“L-istqarrija tal-Oppożizzjoni dalgħodu terġa’ tixhed partit mhedi fil-passat” – il-PL

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista qal li l-istqarrija tal-Oppożizzjoni dalgħodu terġa’ tixhed partit mhedi fil-passat, li f’kull sena ta’ elezzjoni ġenerali jara liema gidba se jipprova jaqbad magħha. Il-PL qal li hekk jagħmel min m’għandux ideat għall-futur.

 Fi stqarrija, il-PL qal li l-Prim Ministru kien ċar kristall u trasparenti meta min jeddu ta dettalji lill-ġurnalisti dwar affarijiet li huma pubbliċi.

“Għalhekk kull argument li ġab il-Partit Nazzjonalista fl-istqarrija tiegħu mhuwa xejn għajr spin. Jekk hemm xi ħadd li evada t-taxxa bil-provi huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech. Il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa tax evader professjonali, “ qal il-PL.

Żied jgħid: “Sal-lum għadu lanqas biss iddikjara minn fejn ġab l-eluf ta’ ewro biex iħallas minn lejl għal nhar meta nqabad u ried jidħol għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Daqqa jipprova jevita l-mistoqsija u daqqa jgħid li ħallaslu ibnu. Mur emmnu!”

Il-Partit Laburista qal li bħalu membri prominenti tal-Oppożizzjoni, bħal Jason Azzopardi, li għamlu dikjarazzjonijiet tat-taxxa foloz fejn qalu li ma jaqilgħu xejn mill-professjoni u bgħabsuhom biss wara li nqabdu. Il-PL qal li anke Beppe Fenech Adami qatt ma laqa’ l-isfida li joqgħod għal tax audit.

“U dawn huma biss tliet eżempji. Il-problema mhux ta’ min ħadem u ddikjara t-taxxa, imma ta min gerfex u evada t-taxxa. U dawn in-nies qegħdin fil-kontroll tal-Partit Nazzjonalista,” temm jgħid il-PL.

Ekonomija

Sport