Tuesday, April 23, 2024

“L-istupri fuq il-katavri mhumiex komuni, iżda sfortunatament isiru”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li fil-parlament kien qiegħed jagħmel id-diskors tiegħu b’rabta mal-abbozz ta’ liġi li jemenda liġijiet varji dwar reati sesswali u affarijiet li jirrigwardaw persuni minorenni d-Deputat Nazzjonalista Mario Galea rringrazzja żewġ persuni li tawh l-għajnuna meta waqa’ waqt li kien miexi f’Wied il-Għajn.

Galea kompla biex jitkellem dwar il-bestjalità f’pajjiżna u rringrazzja lill-Ministru Anton Refalo u lill-Ministru Edward Zammit Lewis li laqgħu s-sejħa kontinwa tiegħu biex titressaq din il-liġi.

Huwa spjega li dan l-att fl-Ingilterra jġorr miegħu piena ta’ sena ħabs u multa. Galea qal li kif inhi miktuba qiegħda tajba ħafna u tgħid li “annimali ma jiġux mġiegħla jsofru uġigħ, tbatija, ansjetà u biża’ meta jkunu suġġetti b’attività ta’ natura sesswali bejn il-bniedem u annimal meta jintuża parti mill-ġisem jew xi oġġett ieħor”. Galea qal li bħala Oppożizzjoni qiegħda tissekonda din l-emenda.

Tkellem ukoll dwar każi oħra strambi ta’ nies li jkollhom x’jaqsmu sesswalment ma’ katavri. Huwa qal li “ma naħsbux li dawn l-affarijiet ma jsirux, mhumiex komuni imma sfortunatament isiru”. Hawnhekk huwa kkwota każ fl-ingilterra ta’ David Fuller li fl-aħħar xhur tressaq il-Qorti fuq reati simili. Tkellem dwar il-konfużjoni ta’ omiċidji li lura fis-snin ma ġewx solvuti minħabba nuqqas ta’ apparat biex jistabbilixxu l-kawża tal-mewt. Fuller kien jaħdem bħala senior electrician mal-NHS u kien jieħu ħsieb it-temperatura ta’ fejn jinżammu l-katavri. Waqt li kien arrestat b’suspett ta’ qtil, Fuller saritlu tfittxija fir-residenza tiegħu nstabu filmati li juru lil Fuller jagħmel atti sesswali fil-kamra mortwarja. L-investigazzjonijiet li saru rriżulta li Fuller kellu x’jaqsam sesswalment ma’ madwar 100 katavru fosthom tfajliet u mara anzjana ta’ 100 sena. Li kieku Fuller tressaq biss fuq każ ta’ stupru fuq katavri kien jeħel biss piena ta’ sentejn ħabs, u għalhekk il-Parlament Ingliż emenda l-liġi relatata ma’ każi ta’ necrophilia fil-pajjiżi.

Sport