Monday, April 22, 2024

Ċelebrazzjonijiet esterni jsiru meta u kif approvati mill-awtoritajiet tas-saħħa – Il-Kurja

Aqra wkoll

Il-Kurja tal-Arċisqof fi stqarrija maħruġa ċċarat li l-protokolli għall-attivitajiet reliġjużi jikkonċernaw dak li jsir fil-knejjes u f’postijiet li jintużaw għall-qima reliġjuża.

Rigward ċelebrazzjonijiet esterni bħalma huma l-purċissjonijiet tal-festi, il-Kurja tippermetti li dawn isiru meta, kif u jekk jiġu approvati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Hija sostniet li din il-pożizzjoni kienet tħabbret diġà mill-Kurja f’Mejju li għadda.

L-istqarrija temmet tgħid li kif sar s’issa, il-Knisja se tibqa’ fi djalogu mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u stakeholders oħra bħalma hi l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Sport