Monday, May 13, 2024

L-Isvezja fit-tielet post b’goal f’kull taqsima fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa

Aqra wkoll

Fil-partita għar-rebħ tat-tielet post fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, kienu l-Isvezja li ttrijonfaw meta għelbu lill-Awstralja bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqisma.

B’hekk huma kisbu l-midalja tal-bronż. Din il-partita ntlagħbet wara li fl-ewwel semi-finali, l-Awstralja kienu sfaw megħluba mill-Ingilterra bl-iskor ta’ 3-1, waqt li fis-semi-finali l-oħra l-Iżvezja sfaw megħluba minn Spanja bl-iskor ta’ 2-1.

Kienet portita kollox ma’ kollox kumbattuta u bilanċjata iżda l-Iżvediżi għarfu jagħmlu l-iktr ħaġa importnati jiġifieri jsibu x-xibka għal darba, darbtejn.

L-Iżvezja fetħu l-iskor permezz ta’ Fridolina Rolfo (30) minn penalty wara li r-referee minn Wales, Cheryl Foster, ikkonsultat mal-VAR. Fit-tieni taqsima, huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal minn xutt mill-ewwel minn tarf il-kaxxa tal-captain Kosovare Asllani (62).

Wara dan it-tieni goal, l-Awstrlaja wettqu reazzjoni tajba u tilfu ċans tad-deheb li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta minn azzjoni ta’ freekick, Clare Hunet kellha d-daqqa ta’ ras tagħha titkompla minn Clare Polkinghoren li iżda sabet lill-goalkeeper Svediża, Zecira Musovic, attenta.

Svezja: 1-Zecira Musovic, 14-Nathalie Bjorn, 13-Amanda Ilestedt, 6-Magdalana Eriksson, 2-Jonna Andersson, 16-Filippa Angeldahl, 23-Elin Rubensson, 19-Johanna Rytting Kaneryd (3-Linda Sembrant 89), 9-Kosovare Asllani (8-Lina Hurtig 67), 18-Fridolina Rolfo, 11-Stina Blackstenius (15-Rebecka Blomqvist 67) Coach: Peter Gerhardsson

Awstralja: 18-Mackenize Arnold, 21-Ellie Carpenter (2-Courtney Nevin 74), 15-Clare Hunt, 4-Clare Polkinghorne (8-Alexandra Chidiac 74), 7-Stephanie Catley, 16-Hayley Raso (5-Cortnee Vine 60), 19-Katrina Gorr (10-Emily Van Egmond 60), 23-Kyra Cooney-Cross, 9-Caitlin Foord, 11-Mary Fowler, 20-Samantha Kerr Coach: Tony Gustaffson.

Referee: Cheryl Foster (Wales)
Ass. Referees: Michelle O’Neill (Irlanda), Franca Overtoom (Olanda)
Raba’ Uffiċjal: Rebecca Welch (Ingilterra)
Skorers: F. Rolfo pen. 30, K. Asllani 62 (S)
Ammoniti: K. Gorry (A), E. Rubensson, L. Hurtig (S)

Sport