Saturday, December 21, 2024

L-Italja mistennija testendi l-lockdown sat-3 ta’ Mejju

Aqra wkoll

L-Italja qed tipprepara li testendi l-lockdown sal-bidu ta’ Mejju biex tevita mewġa oħra ta’ każijiet ġodda ta’ coronavirus.

Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-Prim Ministru Giuseppe Conte mistenni li jestendi il-biċċa l-kbira tal-miżuri li ġew introdotti sat-3 ta’ Mejju li ġej.

Il-fat li l-Italja jaf jibqa’ taħt lockdown sa Mejju, jindika li pajjiżi oħrajn bħal Spanja u r-Renju Unit jafu jtawlu aktar bil-miżuri ta’ lockdown imposti minnhom.

Conte kien impona lockdown fid-9 ta’ Marzu li għadda. Għall-bidu l-ħsieb kien li l-lockdown jibqa’ fis-seħħ sat-3 ta’ April. Madankollu l-miżuri diġà ġew estiżi sat-13 ta’ April.

“M’hemmx il-kundizzjonijiet biex nerġgħu nibdew l-affarijiet issa,” qal Conte lill-mexxejja tal-unjins u ta’ negozji f’video-conference privata lbieraħ.

Ekonomija

Sport