Friday, April 19, 2024

AĠĠORNAT: Jinqabeż il-100,000 vittma tal-Covid-19

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-lum inqabeż il-100,000 vittma kaġun tal-coronavirus. Mindu kienet rapportata l-ewwel fatalità fil-bidu tax-xahar ta’ Jannar, kien hemm bżonn kważi xahar biex ġew reġistrati l-ewwel 1,000 mewt, b’xahar ieħor sakemm il-virus iħalli 10,000 vittma. Dan kien biss tliet ġimgħat ilu.

Madankollu dawn l-aħħar ġimgħat raw żieda esponenzjali fir-rata ta’ mwiet.

In-numru tal-imwiet issa huwa paragonabbli mal-Pesta l-Kbira ta’ Londra fis-seklu 17, li kienet ħalliet mal-100,000 vittma, kważi terz tal-popolazzjoni ta’ Londra ta’ dak iż-żmien.

Madankollu n-numru tal-vittmi b’xorti tajba għadu ’l bogħod mill-imwiet reġistrati kaġun tal-influwenza Spanjola, li bdiet fl-1918 u li huwa stmat li qatlet aktar minn 20 miljun persuna sa meta ntemmet fl-1920.

Sport