L-Italja, wieħed mill-aktar pajjiżi Ewropej li sofra mill-imxija COVID-19, se jkun qiegħed jintroduċi swab tests 30 minuta qabel ma’ l-passiġġieri jitilgħu għat-titjira tagħhom. San l-iswab test, fi 30 minuta se jkun qed joħroġ riżultat fejn jikkonferma jekk passiġġier hux pożittiv jew le għall-COVID-19.
Kwalunkwe individwu li jirriżulta pożittiv mhux se jkun qed jitħalla jitla’ fuq l-ajruplan, minflok se jkun qed jingħata voucher għal titjira oħra fil-futur. Dawn it-tip ta’ testijiet se jkunu qed jagħtu l-vantaġġ lil dawk kollha li jsiefru biex ma joqogħdux kwarantina fil-pajjiż li jkunu qegħdin iżuru.