Siġra tal-palm li tant kienet ta’ għożża għar-residenti ta’ Ħal Safi lbieraħ ġiet rikonoxxuta minn The Malta Records bħala l-itwal palma f’Malta.

It-tul tas-siġra u l-itwal fergħa jkejlu tul totali ta’ 19il metru u ħames ċentimetri. Wara li tkejlet, din ġiet maqlugħa peress li din is-siġra issa mietet wara tant snin ta’ tgawdija.

Din kienet tinsab fil-bitħa taċ-Ċentru Parrokk jali tal-istess lokalità. Huwa mifhum li fl-1861 din il-palma kienet diġà twila kważi daqs kemm kienet s’issa.
Huwa maħsub ukoll li din tħawlet fi żmien il-Kavallieri.