Sebastien Haller reġa’ kien l-eroj għall-Ivory Coast hekk fil-finali tat-Tazza Afrikana għelbu lin-Niġerja bl-iskor ta’ 2-1
Kien William Troost-Ekong li poġġa lin-Niġerja fil-vantaġġ seba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner.
Franck Kessie kiseb il-goal tad-draw fit-62 minuta meta tħalla żmarkat għal kollox mill-corner ta’ Adingra.
Wara ġirja notevoli għall-finali, li kienet tinkludi t-tkeċċija tal-coach Jean-Louis Gasset wara żewġ telfiet fil-fażi tal-gruppi, l-Ivorjani kisbu t-tielet titlu kontinentali b’rebħa meritata.