Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Rebħa kbira minn Arsenal fuq West Ham

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Arsenal irreġistraw l-akbar rebħa tal-24 ġurnata me­ta f’goleada għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 6-0 filwaqt li Manchester United żammew it-tamiet tagħhom ħaj­jin li jikkwalifikaw għall- UEFA Champions League b’rebħa ta’ 2-1 għand Aston Villa. 

West Ham v Arsenal – Arsenal marru għand West Ham u litteralment għamlu massakru hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-0 biex saħħew it-tielet post.

Din kienet l-akbar rebħa mindu l-manager, Mikel, Arteta, ingħata l-kariga tat-team tal-Gunners.

Min-naħa l-oħra, qed tkompli tikber il-pressjoni fuq il-manager tal-Hammers, David Moyes, li jitkeċċa.

Il-goals waslu minn William Saliba (32), Bukayo Saka (41 pen, 63), Gabriel Magalhaes (44), Leandro Trossard (45) u Declan Rice (65) li proprju fis-sajf li għadda ngħaqad ma’ Arsenal mingħand l-istess West Ham. 

Aston Villa v Man Utd – Manchester United marru għand Aston Villa u kisbu rebħa importanti meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers tagħhom ikunu Rasmus Hojlund (17) u Scott McTominay (86) filwaqt li Douglas Luiz (67) kiseb id-raw momentarju għall-Villans.

Ekonomija

Sport