Dun Bruno Kant, li jgħix fid-Djoċesi ta’ Fulda fil-Ġermanja ġie meqjus bħala l-ixjaħ saċerdot li għadu ħaj fid-dinja hekk kif għalaq 110 snin.
Papa Ljun XIV bgħat messaġġ ta’ awguri lil Dun Kant fejn fost l-oħrajn irringrazzjah għas-servizz li dejjem offra lill-Knisja Kattolika.
Skont rapport fil-midja, Dun Kant kien ilu jgħid li jixtieq isir saċerdot minn meta kellu 9 snin. Kien beda jistudja t-teoloġija, iżda minħabba r-reġim Nazzista hu kellu jieqaf biex imur iservi fl-armata.
Jingħad li Dun Kant għamel 4 snin priġunier tal-gwerra fir-Russja. Wara li għadda żmien il-gwerra, hu reġa’ bl-istudji tiegħu biex b’hekk ġie kkonsagrat saċerdot.

