Monday, December 16, 2024

L-Iżvezja fi proċess biex isir l-ewwel pajjiż mingħajr tipjip fl-Ewropa

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

‘It-tipjip joqtol’ u ‘it-tipjip jikkawża kanċer’ huma wħud mit-twissijiet li kull wieħed u waħda minnha ġieli sema minn ta’ etá żgħira. Fl-Ingilterra, kampanji bħal dawn kontra t-tiipjip mhumiex jaħdmu. Dan hekk kif kif fil-pajjiż kien mistenni li sas-sena l-2030, kien se jkun wieħed ħieles mit-tipjip, iżda sa issa kollox jindika li l-Ingilterra qegħda tfalli minn dak li xtaqet tilħaq. B’kuntrast l-Iżvezja tinsab fi triqitha biex il-pajjiż isir wieħed mill-ewwel pajjiżi mingħajr tipjip fl-Ewropa.

Diversi esperti fil-pajjiż qalu li r-rata tat-tipjip tal-pajjiż Skandinav huwa wieħed baxxa fl-Unjoni Ewropea. Huma qalu ukoll li dan kollu qiegħed iseħħ minħabba li għal għexieren ta’ snin kien hemm diversi kampanji u leġiżlazzjoni kontra t-tipjip. Skont studju li saru mill-istess esperti jirriżulta li dawk li jpejjpu kuljum f’dan il-pajjiż partikolari jammontaw għal inqas minn 5%. Skont l-aġenzija tal-istatistika Eurostat fl-2019, 6,4% biss tal-Iżvediżi li kellhom iktar minn 15 -il sena kienu jpejjpu kuljum. L-istess statistiċi juru li dan kien wieħed mill-inqas rata ta’ tipjip, meta kkumparat mal-medja tal-pajjiżi l-oħra li jammontaw għal 18.5%.

Residenti li toqgħod f’Stockholm, il-belt kapitali tal-Iżvezja f’kumment li tat lil midja internazzjonali, qalet li li r-raġuni wara dan kollu hu li għax ir-residenti tal-madwar jgħixu bil-kultura li s-saħħa tingħata prijorita’. Minkejja l-kumment ta’ dinir-residenti, ta’minwieħed jinnota li s-sitwazzjoni madwar għoxrin senna ilu kienet ferm differenti. Dan hekk kif fil-pajjiż kellek 20% tal-popolazzjoni li kienu jpejjpu. u li għal dak iż-żmien xorta kienet meqjusa bħala rata baxxa globalment.

Minn dak iż-żmien lil hawn ittieħdu diversi miżuri sabiex jinkoraġixxu lin-nies sabiex inaqqsu ir-rata ta’ tipjip. L-Iżvezja marret lil hinn sabiex telimina kemm jista’ jkunis-sigaretti, inkluż it-tipjip fir-ristoranti. Dan kollu qiegħed jirriżulta f’diversi benefiċċji għas-saħħa, hekk kif ir-rata ta’ kanċer fil-pulmun hija waħda baxxa.

Is-Segretarja Ġenerali tas-Soċjetà Żvediża tal-Kanċer, Ulrika Arehed qalet li l-pajjiż kien minn tal-ewwel li ħa diversi azzjonijiet sabiex it-tipjip ma jibqax iseħħ fil-pubbliku. L-ewwel post fejn is-sigaretti kienu pprojbiti, kien fir-restoranti, imbagħad fil-parks tal-iskejjel u eventwalment dawn ġew pprojbiti wkoll f’kafeteriji barra u postijiet pubbliċi bħal stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja.

Ekonomija

Sport