Tuesday, April 30, 2024

Silvio Vella m’għadux coach ta’ Hibernians

Aqra wkoll

Silvio Vella m’għadux il-coach ta’ Hibernians hekk kif ħabbru l-Pawlisti fi stqarrija li laħqu ftehim amikevoli biex jinfirdu mill-eks difensur tagħhom b’effett immedjat.

“Hibernians FC jixtiequ jħabbru li ntlaħaq ftehim amikevoli mal-kowċ Silvio Vella għat-terminazzjoni tal-kuntratt tiegħu mal-klabb, b’kunsens reċiproku.

Iż-żewġ partijiet ħadu d-deċiżjoni wara konsiderazzjoni bir-reqqa u waslu għal din il-konklużjoni bbażata fuq rispett reċiproku,” qal il-klabb tal-Premier League fi stqarrija.

“Il-klabb jixtieq jirringrazzja lil Silvio tal-lealtà u d-dedikazzjoni tiegħu li wera lejn il-klabb, filwaqt li jawguralu l-aħjar xorti għall-futur.”

Ma ssemma l-ebda isem mill-klabb tal-Premier dwar min se jieħu post Vella ma’ Hibernians, iżda huwa mifhum li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jitħabbar coach ġdid.

Sport