Iċ-ċiklist Kanadiż, Hugo Houle (Israel–Premier Tech) rebaħ is-16-il stadju tat-Tour de France li kien bejn Carcassonne u Foix fuq distanza ta’ 178.5 kilometru.
Huwa rebaħ mod mill-aktar komdu meta rreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 23 minuta u 47 sekondi hekk kif temm b’vantaġġ ta’ minuta u 10 sekondi fuq il-Franċiż, Valentin Madouas (Groupama–FDJ), li daħal fit-tieni post, segwit mill-Kanadiz, Michael Woods (Israel–Premier Tech) u l-Amerikan Matteo Jorgenson (Movistar Team).
Id-Daniż, Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma), baqa’ l-leader tal-klassifika b’ħin ta’ 64 sigħat, 28 minuta u 9 sekondi … u għandu vantaġġ ta’ żewġ minuti u 22 sekonda fuq is-Slovakk Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), segwit mill-Britanniku Geraint Thomas (Ineos Grenadiers).
L-Erbgħa jsir is-17-il stadju li huwa bejn Saint-Gaudens u Peyragudes fuq 130 kilometri.