Wednesday, December 25, 2024

L-MBA u l-MKBA jiddiżassoċċjaw ruħhom mill-grupp Arena Promotions

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing (MBA) u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Kickboxing ħarġu stqarrija konġunta fejn fiha informaw lil jiddiżassoċċjaw ruħhom mill-kumpanija The Arena Promotions.Il-kumitati eżekuttivi tal-istess assoċjazzjonijiet sostnew li The Arena Promotions mhumiex organizzazzjoni lokali u m’għandhom l-ebda affiljazzjoni leġittima f’Malta.

Sadanittant l-MBA u l-MKBA informat formalment lill-boxers, fighters, kowċis, klabbs, managers, promoters, referees judges, uffiċjali tar-ring u announcers li ġaladarba dawn jieħdu sehem f’avveniment bħal dan li mhux sanzjonat mill-istess assoċjazzjonijiet jirriżulta f’sospensjoni temporanja sakemm il-bord tad-dixxiplina tisma’ l-każ eżatt.

L-istqarrija ttemm tgħid li għal aktar informazzjoni rigward assoċjazzjonijiet u klabbs rikonoxxuti lokalment wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku www.sportmalta.mt jew jibgħat email  [email protected] u [email protected] għal iktar informazzjoni.

Ekonomija

Sport