Sunday, December 22, 2024

L-MFA tniedi l-kit il-ġdid tat-team nazzjonali

Aqra wkoll

Wara t-tħabbira uffiċjali tal-Iskema ta’ Assistenza tal-Kit tal-UEFA, fil-5 ta’ Novembru 2021, illum il-Malta FA nidiet il-kit il-ġdid tat-team nazzjonali kollu magħmul mid-ditta Taljana tat-tagħmir sportiv ‘Errea’. 

Dan il-kit se jintlibes għall-ewwel darba mit-team tal-Kbar kif ukoll minn dak ta’ Taħt il-21 sena, matul l-impenji tagħhom, ix-xahar id-dieħel. 

Il-Malta FA kienet involuta fil-proċess tad-disinn, li beda f’Ottubru.

Il-kit jikkonsisti minn:

– Dak milbus fil-logħbiet f’darna  huwa prinċipalment aħmar bi strixxa bajda u logos bojod

– Dak milbus barra minn xtutna  huwa abjad bi strixxa ħamra u logos ħomor

– L-ewwel kit tal-goalkeeper huwa blu bi strixxa bajda u logos bojod

– It-tieni kit tal-goalkeeper huwa iswed bi strixxa ħamra u logo abjad

– Minbarra li jinkludu s-salib ta’ tmien ponot ġie żvelat li fil-kits il-ġodda hemm disinn ta’ dan is-salib minsuġ aktar skur.

Innovazzjoni oħra li tidher fil-parti ta‘ ġewwa ta’ l-għonq tal-kits hemm il-frażi tal-Innu Nazzjonali Malti, “Lil din l-art ħelwa”, li tfakkar lil kull min jilbes il-flokk ikun qed jagħmel dan bi kburija u dinjità.

Ekonomija

Sport