Friday, May 17, 2024

L-MFA u Gillermo Giacomazzi jilħqu ftehim li jtemmu l-kuntratt b’mod amikevoli

Aqra wkoll

Il-Malta FA ħabbret li qablet b’mod amikevoli ma’ Guillermo Giacomazzi dwar it-twaqqif tal-kuntratt tiegħu bħala Assistant Coach tat-Tim Nazzjonali A. Il-Malta FA u Giacomazzi kienu ilhom f’diskussjonijiet għal dawn l-aħħar xhur fid-dawl li dan tal-aħħar qed ifittex sfidi ġodda fuq livell ta’ klabb.  

Il-Malta FA xtaqet tirringrazzja lil Guillermo għall-kontribut imprezzabbli tiegħu fi ħdan il-formazzjoni tat-Tim Nazzjonali u awguratlu l-aqwa xorti fl-isforzi futuri tiegħu.

Sport