Sunday, December 22, 2024

L-MFSA taħtar Kap Eżekuttiv ġdid

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) ħatar lil Joseph Gavin bħala l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Awtorità. Huwa se jinħatar b’mod uffiċjali f’Settembru li ġej.

Fi stqarrija, l-MFSA qalet li bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv, huwa se jkun responsabbli biex imexxi il-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità u se jkun membru wkoll fil-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità. 

Joseph Gavin, intgħażel wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet miftuħa għal kulħadd. 

Fir-rwol il-ġdid tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-MFSA, is-Sur Gavin se jkun responsabbli għall-immaniġġjar ġenerali u l-prestazzjoni tal-Awtorità, kif ukoll se jieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta’ riformi u konsolidazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

Is-Sur Gavin serva fil-Bank Ċentrali tal-Irlanda bejn l-2009 u l-2015, fi żmien li fih ir-regolatur Irlandiż kien għaddej minn tibdil sinifikanti.

L-MFSA rringrazzjat lil Christopher P. Buttigieg li serva bħala Kap Eżekuttiv ad interim minn Ottubru li għadda u li kien strumentali għall-Awtorità matul dan il-perjodu ta’ sfida.

Ekonomija

Sport