Monday, May 13, 2024

L-MFSA tħeġġeġ aktar użu ta’ servizzi bankarji diġitali

Aqra wkoll

Tħabbar arranġamenti għall-operat tal-banek

L-Awtoritá ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex juża s-servizzi bankarji bit-telefon jew dawk diġitali kif offruti mill-bank tagħhom. Dan sabiex jitnaqqsu, kemm jistgħu, iż-żjajar fil-fergħat tal-banek.


Permess ta’ ċirkolari maħruġa iżjed kmieni illum, l-Awtorità spjegat li minħabba s-sitwazzjoni li nħolqot bl-imxija tal-COVID-19,  il-banek f’Malta u Għawdex kellhom ibiddlu l-mod kif jipprovdu s-servizzi tagħhom,  sabiex jassiguraw li, fl-istess ħin, jibqgħu jingħataw is-servizzi lill-kiljenti tagħhom.


Dan it-tibdil jinkludi xi ħinijiet tal-ftuħ kif ukoll, f’xi każijiet, b’ħinijiet imnaqqsin u ftuħ u għeluq ta’ fergħat fuq bażi ta’ roster sabiex jassiguraw kontinwità fis-servizz. Bi qbil mal-MFSA, kull bank qed jipprovdi, mill-fergħat, mill-inqas, 50% tas-servizzi li kien joffri qabel matul il-ġimgħa, u nhar ta’ Sibt, 25% tas-servizzi offruti qabel.

L-ATMs u magni simili għad-depożiti taċ-ċekkijiet qed joperaw kif kienu qabel. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta – wara li  kkonsulta mal-banek kummerċjali – ix-xahar li għadda, daħħal miżuri temporanji dwar it-tisrif ta’ ċekkijiet sabiex titnaqqas il-ħtieġa li wieħed iżur il-fergħat tal-banek. Madankollu, jekk klijenti jibqgħu jħossu l-ħtieġa li jżuru fergħa ta’ xi bank, l-MFSA tagħti parir sabiex dan iseħħ matul il-ġimgħa u mhux nhar ta’ Sibt, meta aktarx jinġemgħu iktar nies.

Biex wieħed isib l-eqreb fergħa tal-bank tiegħu li tkun miftuħa jista’ jirreferi għal din il-lista mħejjija mill-Malta Bankers Association

Sport