Saturday, December 21, 2024

“L-MRI qed juri li Victor huwa brain dead” – martu Carmen

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kundizzjoni tal-konsulent pedjatriku Victor Calvagna baqgħet waħda kritika ħafna tant li f’kitba fuq il-midja soċjali, martu Carmen qalet li t-testijiet tal-MRI li saru illum waranofsinhar ikkonfermaw li huwa brain dead.

Carmen tkompli tikteb li se jitwaqqaf it-trattament li kien qed jingħata biex tkun in-natura li tieħu l-kors tagħha. Is-Sinjura Calvagna talbet ukoll lill-pubbliku biex jitlob għalih f’dan il-mument tant delikat.

L-Erbgħa filgħaxija il-konsulent Calvagna ddaħħal l-isptar b’urġenza wara li ttajjar qrib l-akwarju nazzjonali fil-Qawra. Aktar tard irriżulta li kien sofra minn ġrieħi serji f’rasu.

Dalgħodu bint il-pedjatra, Francesca Coleiro Calvagna bassret li llum kellu jsir test tal-MRI biex jaraw il-ħsara li sofra f’rasu. Qalet li missierha kien intubat, u li t-testijiet li sarulu s’issa ma kinux pożittivi. Spjegat li qalbha maqsuma u appellat għat-talb.

Ekonomija

Sport