Thursday, March 28, 2024

L-MSPCA b’missjoni kompluta wara li rnexxielha ssalva erbat iklieb f’għalqa li ħadet in-nar

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, l-għaqda MSPCA, tellgħet post u filmat fuq il-midja soċjali fejn uriet il-missjoni li kienet qed taħdem fuqha f’dawn l-aħħar jiem; dik li ssalva erbat iklieb, li nstabu abbandunati minn sidhom f’għalqa li ħadet in-nar fil-Gudja sabiex jittieħdu fiċ-ċentru u jkunu taħt il-kura ta’ MSPCA. 

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li dawn il-klieb kienu ilhom f’din l-għalqa partikolari għal madwar sena u nofs. Nies li kienu jgħaddu minn dawk l-inħawi, kienu jipprovdulhom x’jieklu u x’jixorbu.

MSPCA kompliet tgħid kif ġurnata minnhom it-tim tad-Drittijiet tal-Annimal sabu żiemel mejjet, li x’aktarx kien miet minħabba nuqqas ta’ ikel. Iż-żiemel instab f’waħda mill-kmamar tal-istess għalqa. Sar rapport immedjatament lill-awtoritajiet konċernati sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu azzjonijiet biex iż-żiemel jinġabar. 

MSPCA damu sitt ijiem jippruvaw jersqu viċin il-klieb b’nases apposta fil-waqt li jipprovdulhom l-ikel u x-xorb sakemm irnexxielhom jaqbduhom kollha. Grazzi għal din l-għaqda partikolari, il-klieb kollha issa jinsabu siguri fiċ-ċentru ta’ MSPCA.

MSPCA tappella lill-poplu li jkomplu jgħinuhom bid-donazzjonijiet sabiex tkun tista’ tkompli tħallas għat-trattamenti ta’ dawn l-annimali. 

Ekonomija

Sport