Fi żmien 15-il ġurnata, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wettqet 574 spezzjoni f’akkomodazzjoni tat-tip short let. Kien il-Ministru għat-Turiżmu Jo Etienne Abela li ħabbar dan permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali.
Il-Ministru Abela qal li waqt dawn is-spezzjonijiet ingħataw 14-il enforcement notice u 18-il akkomadozzjoni ġew black listed.
Stqarr li d-direzzjoni li jrid il-Gvern hu li jkollna turisti ta’ kwalità u dan ifisser li l-MTA se tkompli tagħmel xogħlha u twettaq aktar spezzjonijiet biex il-prodott li joffri pajjiżna jkun prodott tajjeb u anke r-residenti jkunu protetti.

