Saturday, December 14, 2024

L-MUMN titlob għal laqgħa oħra mal-Gvern

Aqra wkoll

F’ittra li bagħtet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, l-MUMN talbet għal laqgħa sabiex jerġgħu jibdew negozjati dwar ftehim settorjali ġdid għall-infermiera u l-qwiebel.

Dan il-pass l-MUMN ħaditu waqt konferenza ġenerali straordinarja li għaliha attendew 804 membri tal-istess union. L-MUMN qalet li waqt il-konferenza, l-infermiera u l-qwiebel ivvutaw (97.6%) b’vot sigiret li ma jaċċettawx il-proposti tal-Gvern u awtorizzaw lill-Kunsill tal-MUMN sabiex jiġi nnegozjat pakkett aħjar.

Il-President tal-MUMN Paul Pace sostna li f’dawn il-mumenti mhux se jmorru għad-direttivi u dan b’sens ta’ rieda tajba u mhux “djufija”. Qal ukoll li l-ittra li bagħtu lill-Gvern hi intenzjonata li ż-żewġ naħat ipoġġu madwar mejda biex il-Gvern jippreżenta l-kontro-proposti tiegħu għall-infermiera u l-qwiebel.

Ekonomija

1 kumment

  1. Kemm ghandha membri MUMN?Jekk hemm 4000 nurse jahdmu mal gvern xjigi il persentag ta dawk li marru jivvotaw.96 percentage tal membri kolla jew ta 804?.It 3000 lohra ghaliex ma ivvotawx.Taht lawspici ta min kienet organizzata din il votazzjoni.Saqsi lill membri tal management li kienu jahdmu flindustrija jekk qatt inghataw €6000 zieda f”sena.Ghidilna sur pawl pace.

Comments are closed.

Sport