Friday, November 15, 2024

L-MUT tgħid li fl-istrajk ipparteċipaw 97% tal-għalliema

Aqra wkoll

Hekk kif illum, it-Tnejn 27 ta’ Novembru beda l-istrajk ta’ ġurnata fl-iskejjel primarji u sekondarji, fi stqarrija li bagħtet l-MUT qalet li dan sar b’suċċess, hekk kif b’kollox ipparteċipaw madwar 97% tal-għalliema.

L-MUT qal li huwa sejjaħ ġurnata ta’ strajk sabiex jintlaħaq ftehim mal-Gvern dwar il-pakkett finanzjarju tal-edukaturi.

Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-MUT qalet; “B’sens ta’ responsabbiltà lejn l-istudenti tagħna kif ukoll lejn is-saħħa u s-sigurtà tagħhom, qegħdin ġentilment ninfurmawkom li sakemm ma jitħassarx l-istrajk, intom mitluba ma tibagħtux lil uliedkom l-iskola nhar it-Tnejn, 27 ta’ Novembru 2023″

Ekonomija

Sport