Wednesday, December 25, 2024

L-MUT tħares ‘il quddiem biex jibdew in-negozjati għall-ftehim settorjali ġdid

Aqra wkoll

F’reazzjoni inizzjali għall-baġit tal-Gvern għas-sena 2023, l-MUT nnotat b’sodisfazzjoni li l-Gvern għamel referenza għall-ftehim settorali ġdid għall-edukaturi li se jibda jiġi nnegozjat mal-MUT minn Jannar li ġej. L-MUT tfakkar fil-wegħda elettorali, li issa saret il-programm tal-Gvern, għal titjib sostanzjali fis-salarji u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-edukaturi. 

“L-MUT tħares ‘il quddiem biex dawn in-negozjati jinbdew. Il-baġit isemmi dak li sostniet l-MUT, meta tkellmet dwar il-ħtieġa li l-atti dwar l-edukazzjoni jkunu konklużi. Filwaqt li tinnota r-referenza għal-laptops għal kull student fis-Sekondarja, din il-miżura teħtieġ diskussjoni, kemm mil-lat loġistiku, kif ukoll dwar l-użu pedagoġiku ta’ dawn ir-riżorsi. L-MUT tappella wkoll biex jiġi ffinalizzat il-proċess tat-tqassim tal-laptops għall-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat, li issa ilu għaddej numru ta’ snin”. 

Din il-unjin laqgħet ukoll iż-żieda li se jingħataw il-ħaddiema tal-Gvern li jaqgħu taħt ftehim biex jibbenefikaw ukoll minn żidiet hekk kif il-COLA laħqet l-akbar ammont s’issa. 

Min-naħa tagħha l-MUT temmet tgħid li, “bħas-soltu se tkun qiegħda tanalizza aktar fid-dettall l-estimi finanzjarji li jaffettwaw lis-settur edukattiv u d-diskorsi tal-Ministeru tal-Edukazzjoni għal aktar informazzjoni”. 

Ekonomija

Sport