Wednesday, April 24, 2024

L-MV Alice mhux se jingħata lura lil sidu wara qabda ta’ kuntrabandu

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ċaħdet it-talba ta’ Philip Cardona biex jintraddlu l-bastiment MV Alice wara li seba’ snin ilu nqabad mid-Dwana wara sejba ta’ 3,180 pakkett tas-sigaretti bil-kuntrabandu. Il-bastiment kien għadu kif ġie lura Malta mil-Libja.

Il-kaptan tal-bastiment Mario Cardona, ħu sid il-bastiment, xehed li ma kienx jaf bis-sigaretti u li l-bastiment mar il-Libja għall-merkanzija ta’ karozzi.

Malli tħattew il-karrozzi fil-port fil-Libja, il-bastiment ġie lura Malta vojt.

Il-bastiment inqabad wara li uffiċjal tad-Dwana deherlu li ma tħallsux it-taxxi li kellhom jitħallsu.

Uffiċjal tad-Dwana xehed li nstabu s-sigaretti f’żewġ postijiet fuq il-bastiment. Kienu instabu madwar tmenin pakkett fis-supply room li l-membri tal-ekwipaġġ għarrfu bihom li tad-Dwana li kienu għall-użu personali tagħhom u nstabu ħamsin kartuna ta’ sigaretti moħbija fl-engine room.

Sport