Friday, December 13, 2024

L-NHS “timpjega” nagħaġ biex tikkalma tfal li jibżgħu jitlaqqmu kontra l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Post fejn jinżammu l-annimali u skate park huma fost l-aħħar metodi ta’ kif is-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali fl-Ingilterra (NHS) qegħdin jużaw biex iħajru aktar tfal jersqu għat-tilqim.

In-nagħaġ bl-ismijiet ta’ Lashes, Cumin, Coriander, Clove u Cardamom huma fost dawn l-annimali li qegħdin jilqgħu lit-tfal li jmorru għat-tilqima f’Nescot College f’Epsom.

Sama Ali ta’ 14-il sena minn Tadworth ammettiet li hi tibża’ mil-labra, iżda li xtaqet tieħu t-tilqima biex tipproteġi lil nannitha ta’ 75 sena.

Iż-żagħżugħa qalet f’kumment mal-midja li n-nagħaġ għenuha tikkalma meta marret biex titlaqqam u li kienet esperjenza rilassanti hi u tmelles l-annimali.

Waħda mill-infermiera li tkellmet mal-midja qalet li l-ħsieb huwa li t-tfal japprezzaw l-esperjenza u f’każ ta’ bżonn ta’ doża oħra, jirritornaw mingħajr biża’. Catherine Frew Brown spjegat li huma ferm importanti li dawn it-tfal jitlaqqmu waqt dan il-perjodu ta’ vaganza biex la jirritornaw lura fil-klassi, jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-virus.

Permezz ta’ din l-inizjattiva saru aktar minn 770,000 appuntament għat-tilqim.

Sa minn meta l-programm tat-tilqim ġie estiż għat-tfal bejn it-12 u l-15-il sena, fl-Ingilterra ngħataw aktar minn 2.1 miljun tilqima lil tfal f’din il-faxxa ta’ età. 

Ekonomija

Sport