Minn Cris Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn meta kont żgħir ħafna. Kont inqatta’ sigħat nilgħab fit-triq jew fil bitha ta ommi, u minn hemmhekk bdejt inħoss dik il-passjoni li għadha miegħi sal-lum, nhoss listess feeling kul xhin nersaq lejn ground tal futbal.
Kont nilgħab futbal kull fejn kien ikolli ċans — jekk kienx bil ballun tal-ġilda jew ballun tal-karti, dejjem issibni nilab bil ballun.
Iddeskriv r-rwol tiegħek bħala president ta’ Siġġiewi FC.
Bħala ħresident, inħossni kburi li qed inservi l-klabb ta’ raħal twelidi … klabb li lgħabt miegħu għal snin twal, u li kont captain tat-tim meta ksibna l-promozzjoni.
Ir-rwol tiegħi huwa li nagħti direzzjoni ċara lil dan il-klabb, li nerġa’ nġib l-entużjażmu fost il-partitarji, li nżidu l-kwalitá fit-taħriġ tagħna u li nibnu infrastruttura li jixirqilna.
Għandna viżjoni ċara għal dan il-klabb: li naraw lil Siġġiewi FC jikber fuq livell sportiv u organizzattiv, b’aktar strutturi professjonali, aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ u komunità aktar magħquda madwar il-klabb. Nemmen ħafna li bil-passjoni u l-għaqda nistgħu nibnu futur b’saħħtu u dejjiemi għal Siġġiewi FC.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Proprju matul dawn il-jiem qed tiċċcelebraw it-80 sena anniversaju mit-twaqqif tagħkom bħala klabb. X’hemm skedat bħala attivitajiet?
Iva, proprju f’dawn il-jiem qed niċċelebraw it-80 sena mit-twaqqif ta’ Siġġiewi FC — tragward importanti ħafna għall-klabb u għall-komunità tagħna. Is-Sibt 8 ta’ Novembru għamilna logħba ta’ ħbiberija bejn eks plejers u membri tal-kumitat, li kien mument tassew sabiħ u emozzjonanti fejn erġajna ltqajna fil-pitch ma’ ħbieb antiki fejn terġa’ tħoss dik l-għaqda u ħbiberija unika.
Irrid ngħid ukol li nhar it-Tlieta 11 ta’ Novembru hija d-data ta’ meta Siġġiewi FC 80 sena ilu kien lagħab l-ewwel logħba kompetittiva uffiċjali tiegħu.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?
L-andament tat-tim huwa wieħed pożittiv. Nista’ ngħid li għandna ħafna talent żagħżugħ u promettenti, u bil-ħidma kontinwa tal-kowċis tagħna qed naraw futur qrib sabiħ ħafna għal Siġġiewi FC.
X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
Nixtieq nibda billi ngħid li l-pjan ewlieni tal-klabb, bi qbil mal-kowċ, kien u għadu li filwaqt li nimmiraw li nkunu fost it-timijiet ta’ quddiem fil-Kampjonat, fl-istess ħin nagħtu wkoll opportunitajiet lill-plejers promettenti li għadhom taħt il-21 sena.
X’tikkummenta fuq il-kowċ, Simon Agius?
Il-kowċ Simon Agius hu kowċ dedikat u professjonali ħafna. Sa mill-ewwel jum qbilna fuq il-viżjoni u d-direzzjoni ta’ fejn irridu nwasslu lil dan il-klabb. Il-passjoni u l-impenn tiegħu qed jagħmlu differenza kbira fit-tim u fil-mod kif qed nikbru bħala klabb.
Kif tqis il-livell tar riżorsi (grawnds) fejn il-plejers jitħarrġu u jilagħbu l-logħob kompetittiv tagħhom?
Naħseb li hemm bżonn ta’ titjib f’ħafna mill-grawnds fejn nilagħbu. Aħna, bħala Siġġiewi FC, nistgħu ngħidu li għandna grawnd ‘full-size’ – l-uniku wieħed apparti dak ta’ Ta’ Qali.
Is-sena li għaddiet għamilna xogħol ta’ rinnovar fid-dressing rooms u biddilna wkoll is-sistema tad-dawl kollha tal-grawnd, fejn installajna LED floodlights ta’ kwalità għolja. Sfortunatament, ħafna grawnds oħra għadhom ibatu minn problemi ta’ viżibilità minħabba sistemi ta’ dawl dgħajfin.
Issa qed inħarsu ’l quddiem b’tama u determinazzjoni, hekk kif nistennew li jibda l-proġett il-ġdid tal-istand. Dan se jinkludi dressing rooms ġodda, ċentru tekniku, gym, restaurant u ħafna aktar.
B’dawn il-faċilitajiet ta’ livell għoli, se nkomplu nsaħħu l-potenzjal tal-klabb u noffru ambjent professjonali u ta’ kwalità għall-plejers tagħna.
Kif qed thares lejn il futur tieghek fil-amministrazzjoni tal-futbol?
Qed inħares ’il quddiem għal aktar snin bħala president ta’ dan il-klabb. L-objettiv tiegħi hu li nwasslu lil Siġġiewi FC fejn tassew jixraqlu — mhux biss fuq il-livell sportiv, imma wkoll fuq dak infrastrutturali, biex noħolqu bażi b’saħħitha u sostenibbli għall-futur tal-klabb.
Ghaddi messaġġ finali lil min jixtieq jaghmel karriera ta’ suċċess fil futbol.
Illum, hawn ħafna mezzi u kowċis ta’ kwalità li jistgħu jgħinuk tilħaq il-miri tiegħek u tibni futur b’saħħtu fil-futbol. Għall-karriera fil-futbol irid ikollok passjoni, dedikazzjoni għal din l-logħba tant sabiħa u li tant inħobbu!

