Sunday, December 22, 2024

L-offerenti biex jixtru lil Manchester United huma frustrati minħabba li qed jinżammu fid-dlam …

Aqra wkoll

L-offerenti li jinsabu jixtru lill-club ta’ Manchester United – inkluż il-grupp tal-Qatari – ġew imsejħa f’Old Trafford għal-laqgħat fil-ġimagħtejn li ġejjin hekk kif issa se jsir it-tieni stadju tal-proċess, bil-bankiera Raine se jkunu qed jissorveljaw in-negozjati mal-ogħla awtoritajiet tar-Red Devils. 

Sheikh Jassim bin Hamad Al Thani, li jrid il-kontroll totali tal-club, intalab imur lejn Manchester, flimkien ma’ Sir Jim Ratcliffe, il-biljunarju Ingliż li jrid sehem ta’ maġġoranza.

It-tielet grupp, li għadu bla isem, huwa maħsub ukoll li ġie mitlub jattendi.

Minkejja dan l-iżvilupp, teżisti  frustrazzjoni mill-offerenti minħabba nuqqas ta’ kontinwazzjoni kif ukoll nuqqas ta’ tagħrif dwar l-istampa finanzjarja sħiħa tal-United.

Fl-ewwel stadju, dawk li esprimew interess ġew ipprovduti b’data sensittiva fejn intlaħaq ftehim ta’ kunfidenzjalità.

L-informazzjoni miġbura hemmhekk, madankollu, mhix maħsuba li hija biżżejjed biex tifforma ħarsa komprensiva tal-kontijiet tal-club.

Huma talbu valutazzjoni indipendenti ta’ Old Trafford, u kemm ikun jiswa biex jiġi żviluppat mill-ġdid l-istadium jew inkella jinbena mill-ġdid, flimkien ma’ rapport simili dwar it-training ground ta’ Carrington, li għandu bżonn ta’ manutenzjoni qawwija. L-istima hija dik bejn £1 biljun u £2 biljuni. 

Huwa maħsub li l-ġerarkija tal-United, fosthom il-kap uffiċjal finanzjarju Cliff Baty u l-kap eżekuttiv Richard Arnold, se jkunu preżenti għal-laqgħat, flimkien ma’ uffiċjali minn Raine ibbażata fi New York.

Ekonomija

Sport