Saturday, December 14, 2024

L-OHSA tassigura li l-iscaffolding tal-istabbiliment tal-Balluta m’għadux ta’ periklu

Aqra wkoll

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tixtieq tiċċara xi punti rigward il-każ ta’ scaffolding perikoluż li nqala’ minn mal-ħajt ta’ stabbiliment fil-Balluta. 

L-OHSA saret taf bl-aħbar mill-midja soċjali u immedjatament intbagħat uffiċjal tas-saħħa u s-sigurtà mill-OHSA fuq il-post fejn assigura li l-iscaffolding kien sar sigur wara li kien ankrat b’mod adegwat. L-OHSA kompliet bl-investigazzjoni tagħha dalgħodu. 

Hija tappella lill-partijiet konċernati kollha sabiex jaħdmu id f’id b’mod konkret ħalli jkunu assigurati postijiet tax-xogħol siguri għal kulħadd. 

L-OHSA tinsisti bil-qawwa kollha li min jiltaqa’ ma’ sitwazzjonijiet ta’ xogħol perikoluż għandu immedjatament jirrapporta lill-OHSA, anki b’mod anonimu, sabiex il-perikli jiġu kkontrollati u l-ħaddiema u terzi persuni ma jitħallewx fil-periklu. 

Dawk l-individwi li jixtiequ jagħmlu kuntatt mal-OHSA, jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu fuq 21247677 (waqt il-ħin tax-xogħol) jew fuq 99496786 (wara l-ħin tax-xogħol), jew jibagħtu e-mail fuq dan l-indirizz: [email protected] jew permezz ta’ messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Facebook: @ohsamalta 

Ekonomija

Sport