Wednesday, December 25, 2024

L-OHSA tieħu azzjoni wara li kaħħal deher jixxabbat b’mod perikoluż f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ħadet azzjoni wara aktar kmieni llum fuq il-media soċjali beda jiġi ċċirkolat ritratt li juri ħaddiem jaħdem fil-għoli li kien jidher li hu ta’ periklu għalih.

Fi stqarrija l-OHSA qalet li kif ġiet notifikata bil-każ ħadet azzjoni mill-ewwel u Uffiċjali milll-Awtorità żaru l-post li jinsab f’Ta’ Xbiex.

Wara l-investigazzjonijiet li saru mill-Uffiċjali, huma nnutaw numru ta’ irregolaritajiet fosthom dawk relatati ma’ periklu ta’ waqgħat mill-għoli. B’riżultat ta’ dan, l-OHSA ssottomettiet in-notifiki neċessarji biex jiġu regolati kull nuqqasijiet qabel ikunu jistgħu jitkomplew ix-xogħlijiet, itemm tgħid l-istqarrija.

Ekonomija

Sport