Wednesday, July 24, 2024

Kylian Mbappe jixtri l-villa ta’ Gareth Bale

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe xtara l-villa li kienet għand Gareth Bale fil-punent ta’ Madrid. Hekk kif jidher li dan il-plejer se jingħaqad ma’ Real Madrid, Mbappe kien fil-belt kapitali Spanjola sabiex jagħmel dan il-kuntratt minn qabel.

Il-villa ta’ Bale se tinxtara għas-somma ta’ €11-il miljun li fiha tinkludi tmien kmamar tas-sodda, 11-il kamra tal-banju, cinema, parkeġġ ta’ sitt karozzi kif ukoll korsa żgħira tal-golf.

Ekonomija

Sport