Saturday, December 21, 2024

L-OHSA tikkonferma li l-ħaddiem li weġġa’ f’barriera fin-Naxxar mhux fil-periklu li jitlef ħajtu

Aqra wkoll

L-OHSA fi stqarrija maħruġa minnha kkonfermat li ġiet infurmata b’inċident fuq il-post tax-xogħol li ġara lbieraħ f’barriera fin-Naxxar fejn ħaddiem weġġa’ meta siequ nqabdet taħt makkinarju tqil.

L-OHSA kkonfermat l-istqarrija tal-Pulizija u qalet li l-ħaddiem weġġà gravi (probabbilment bi ksur f’siequ) iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu. L-OHSA bdiet l-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ.

L-istqarrija temmet tgħid li peress li l-investigazzjoni għadha għaddejja, l-OHSA ma tistax tagħmel aktar kummenti għalissa.

Ekonomija

Sport