Friday, May 3, 2024

“Min jaqbad u ma jmurx għax-xogħol għandha tinqatagħlu mil-leave” – l-MEA

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) ħarġet direttiva lill-membri tagħha u qalet li jekk ħaddiem jaqbad u ma jmurx għax-xogħol mingħajr l-approvazzjoni tal-imgħallem tiegħu, għandha tiġi kkunsidrata bħala leave mhux imħallas.

Fi stqarrija, l-MEA qalet li hija prerogattiva ta’ min iħaddem li jiddeċiedi jekk l-impjegati għandhomx jaħdmu bit-teleworking jew le.

Hija qalet dan wara li uħud mit-trade unions qalu lill-membri tagħhom biex jaħdmu mid-dar jekk ikollhom jieħdu ħsieb lil uliedhom sakemm jinfetħu l-iskejjel.

Rigward dan, il-Kamra tal-Kummerċ appellat għad-djalogu u ftehim mill-unjins minflokk jitħabbru aktar direttivi.

Sport