Wednesday, July 24, 2024

L-OHSA u l-BCA jwaqqfu xogħol f’sit fil-Gżira wara rapport ta’ periklu

Aqra wkoll

B’referenza għall-filmat li qiegħed jiċċirkola fil-midja, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) jikkonfermaw li ħadu azzjoni immedjata.

Kif notifikati bil-każ l-BCA u l-OHSA ħadu minnufih azzjoni u spetturi tal-Awtoritajiet żaru s-sit li jinsab bejn Triq Ponsomby, Triq Cameron u Triq Taylor Coleridge fil-Gżira u bdew bl-investgazzjonijiet tagħhom biex jidentifikaw min kien responsabbli. Fid-dawl ta’ dan l-Awtoritijiet ħarġu notifika biex jitwaqqfu x-xogħlijiet.

Barra minn hekk l-BCA u l-OHSA qegħdin jikkolaboraw flimkien u ser ikunu qegħdin iwettqu investigazzjoniijiet ulterjuri.

Il-BCA U l-OHSA ifakkru lill-pubbliku li l-aħjar mod ta’ kif tirrapporta huwa permezz ta’ kuntatt dirett magħhom billi wieħed iċempel lill-BCA fuq in-numri 80049000, 2095000 jew 20955555 jew billi tintbgħat email fuq [email protected] u lill-OHSA fuq in-numri tat-telefown 21247677 jew 99496786 (f’każ ta’ emerġenza wara l-ħin tax-xogħol) jew billi tinbagħat email fuq [email protected].

Ekonomija

Sport