Wednesday, July 24, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq il-kaxxa tal-vann fis-Siwieqi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 42 sena resdenti r-Rabat qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-10:00 a.m fi Triq l-Ispiera fis-Swieqi.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma waqa’ minn kaxxa ta’ vann tat-tip Layland DAF.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport