Wednesday, July 24, 2024

L-edukaturi informati biż-żidiet u titjib fil-pakkett finanzjarju tagħhom

Aqra wkoll

Permezz ta’ komunikat uffiċjali, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għarraf lill-edukaturi bil-pakkett finanzjarju marbut mal-ftehim settorjali. Illum kull edukatur fl-iskejjel statali rċieva ittra elettronika personalizzata bil-pakkett finanzjarju eżatt li se jkun jaffettwah.

Dan sar biex jiġi evitat kwalunkwe tip ta’ miżinformazzjoni, u kull edukatur ikun jaf minn xiex se jibbenefika bl-iffirmar ta’ dan il-ftehim. Dawn il-proposti jgħoddu kemm għall-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat kif ukoll għal dawk li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja.

Il-Ministeru ħaseb ukoll biex jattiva call centre sabiex jindirizza b’mod aktar personali mistoqsijiet tal-edukaturi. Apparti minn call centre, il-Ministeru ċċirkola indirizz elettroniku sabiex il-komunikazzjoni tkun dejjem aktar faċilitata.

L-edukaturi kollha li għandhom mistoqsijiet li għadhom ma ġewx imwieġba huma mħeġġa jċemplu 25981150 jew jibagħtu email fuq HYPERLINK “mailto:[email protected][email protected].

Dan il-komunikat qed isir sabiex kull edukatur ikun jaf x’jista’ jibbenefika fiż-żmien li ġej, bħala parti mill-pjan ta’ trasformazzjoni fis-settur edukattiv sabiex nirrikonoxxu u napprezzaw l-edukaturi kollha.

Se jkun hemm żidiet u titjib fil-pakkett finanzjarju li jinkludi allowances, aġġustament tal-iskali, żieda fir-rati ta’ kull tip ta’ superviżjoni, u ħlasijiet addizzjonali lil kull edukatur f’kull grad kopert minn dan il-ftehim.

Dan il-ftehim isaħħaħ il-fiduċja tal-Gvern fl-edukaturi, li huma kruċjali fl-ekosistema edukattiva u li huma fiċ-ċentru tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024–2030.

Ekonomija

Sport